Content-Length: 140082 | pFad | https://commission.europa.eu/legal-notice_mt

Avviż legali - Il-Kummissjoni Ewropea Mur għall-kontenut ewlieni

Avviż legali

L-informazzjoni fuq dan is-sit hi suġġetta għal dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà u avviż dwar id-drittijiet tal-awtur.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

Il-Kummissjoni Ewropea tieħu ħsieb dan is-sit web biex ittejjeb l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar l-inizjattivi tagħha u l-politiki tal-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali. L-għan tagħna hu li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u preċiża. Jekk tiġbdulna l-attenzjoni għal xi żbalji, se nippruvaw nikkoreġuhom. Madankollu, il-Kummissjoni ma taċċetta ebda responsabbiltà fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is-sit.

Din l-informazzjoni

  • hi ta' natura ġenerali biss u mhix intenzjonata biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' xi individwu jew entità partikolari
  • mhix neċessarjament komprensiva, kompleta, preċiża jew aġġornata
  • hi xi drabi llinkjata ma' siti esterni li mhumiex taħt il-kontroll tas-servizzi tal-Kummissjoni u li għalihom il-Kummissjoni ma tassumi ebda responsabbiltà
  • mhix parir professjonali jew legali (jekk għandek bżonn ta' parir speċifiku, int għandek dejjem tikkonsulta professjonist ikkwalifikat kif xieraq).

Jekk jogħġbok innota li ma tistax tingħata garanzija li dokument disponibbli online jirriproduċi eżattament test adottat uffiċjalment. Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (l-edizzjoni stampata jew, mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika tas-sit web tal-EUR-Lex) hu awtentiku u jipproduċi effetti legali.

Huwa l-għan tagħna li nnaqqsu t-tfixkil ikkawżat mill-iżbalji tekniċi. Madankollu xi data jew informazzjoni fuq is-sit tagħna tista' tkun inħolqot jew ġiet strutturata f'fajls jew formati li jkun fihom xi żbalji, u ma nistgħux nagħtu garanzija li s-servizz tagħna mhux se jkun interrott jew affettwat b'mod ieħor minn problemi bħal dawn. Il-Kummissjoni ma taċċetta ebda responsabilità għal dawn il-problemi mġarrba bħala riżultat tal-użu ta' dan is-sit jew kwalunkwe sit estern illinkjat.

Din id-dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Kummissjoni f'każ ta' ksur ta' kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi nazzjonali applikabbli jew biex teskludi r-responsabbiltà tagħha għal kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu esklużi taħt dik il-liġi.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà dwar links esterni

Is-siti web tal-Kummissjoni Ewropea fid-dominju europa.eu jista’ jkun fihom “links esterni” għal siti web f’dominji oħra barra minn europa.eu, li jistgħu ma jkunux tal-Kummissjoni Ewropea jew iffinanzjati minnha, li għalihom is-servizzi tal-Kummissjoni ma għandhom ebda kontroll u li għalihom il-Kummissjoni ma tassumi ebda responsabbiltà.

Meta l-viżitaturi tas-siti web tal-Kummissjoni jagħżlu li jsegwu link għal kwalunkwe sit web estern, huma joħorġu mid-dominju uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea, u huma soġġetti għall-politiki dwar il-cookies, dwar il-privatezza u dawk legali tas-sit web estern.

Il-konformità ma’ rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni tad-data u tal-aċċessibbiltà ta’ siti web esterni llinkjati mis-siti web tal-Kummissjoni fid-dominju europa.eu, taqa’ barra mill-kontroll tal-Kummissjoni Ewropea u hija r-responsabbiltà espliċita tas-sit web estern.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà dwar l-approvazzjoni

L-għan ta’ kwalunkwe referenza llinkjata mis-siti web tal-Kummissjoni Ewropea għal kwalunkwe riżorsa esterna speċifika, servizz online jew sit web, hu biex tittejjeb l-informazzjoni disponibbli fuq is-siti web tal-Kummissjoni u tgħin lill-viżitaturi ta’ dawk is-siti web.

Dawn ir-referenzi llinkjati la jikkostitwixxu approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tar-riżorsa esterna speċifika, is-servizz online jew is-sit web, la l-approvazzjoni tal-informazzjoni li tinsab fir-referenza llinkjata, u lanqas l-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet li huma proprjetarji tas-siti web esterni.

Il-politika dwar il-privatezza

L-Unjoni Ewropea hi impenjata li tiżgura l-privatezza tal-utent. Il-politika dwar il-privatezza tkopri s-siti web tal-Unjoni Ewropa fi ħdan id-dominju .eu.

Il-politika dwar il-privatezza

Avviż dwar id-drittijiet tal-awtur

© Unjoni Ewropea, 1995-2024

Il-politika dwar l-użu mill-ġdid tal-Kummissjoni hi implimentata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni.

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali tad-drittijiet tal-awtur), il-kontenut li jappartjeni lill-UE fuq dan is-sit web hu liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid hu permess, sakemm jingħata kreditu xieraq u jiġu indikati t-tibdiliet.

Tista’ tkun meħtieġ li tiċċara drittijiet addizzjonali jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli jew jinkludi xogħlijiet ta’ partijiet terzi. Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li mhux proprjetà tal-UE, jista’ jkollok bżonn titlob permess direttament mid-detenturi tad-drittijiet. Software jew dokumenti koperti minn drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinni reġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-użu mill-ġdid tal-Kummissjoni u mhumiex liċenzjati lilek.









ApplySandwichStrip

pFad - (p)hone/(F)rame/(a)nonymizer/(d)eclutterfier!      Saves Data!


--- a PPN by Garber Painting Akron. With Image Size Reduction included!

Fetched URL: https://commission.europa.eu/legal-notice_mt

Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy