Aqbeż għall-kontentut

Bing

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Bing
Fundazzjoni Ġunju 2009
Fundatur Microsoft
Kwartieri ġenerali , Stati Uniti
Żona tas-servizz Madwar id-dinja
Proprjetarju Microsoft
Slogan "Bing and Decide" ("Uża Bing u Ddeċiedi")
Sit elettroniku www.bing.com
Pożizzjoni fuq Alexa 23[1]
Tip ta' sit Search Engine
Reġistrazzjoni Opzjonali
Lingwi disponibbli 40 lingwa
Stat attwali Attiva

Bing (qabel Live Search, Windows Live Search u MSN Search) hu s-search engine preżenti ta’ Microsoft. Is-servizz ġie żvelat fit-28 ta’ Mejju, 2009 f’San Diego, l-iStati Uniti, u ħareġ għall-ewwel darba fil-pubbliku fit-3 ta’ Ġunju, 2009, b’servizz bi prova jkun disponnibbli mill-1 ta’ Ġunju, 2009.

Suġġerimenti dwar it-tfittxija, u riżulatati mqassma f’kategoriji huma fost l-akbar tibdiliet li s-servizz ta’ Bing ġab fid-dinja tas-search engines. Sa minn Jannar 2010, Bing hu t-tielet l-akbar search engine fuq l-internet, b’ 3.16%, wara Google b’85.35% u Yahoo b’6.15%. Fid-29 ta’ Lulju, 2009, Microsoft u Yahoo ħabbru ftiehim li bih Bing se tmxxi s-servizz tat-tfittxija ta’ Yahoo.

MSN Search kien l-ewwel search engine ta’ Microsoft, li kien jinkorpora search engine, index u web crawler. Is-servizz ġie minedi fit-tielet kwart tal-1998, u uża r-riżultati ta’ Inktomi. Fil-bidu tal-1999, MSN Search nieda verżjoni li kienet turi riżultati minn Looksmart mgħaquda ma’ dawk ta’ Inktomi, b’eċċezzjoni żgħira meta riżultati mill-websajt AltaVista intużaw minflok. Wara dan, Microsoft ġedded is-servizz sabiex tibda tipprovdi r-riżultati tiegħu innifsu, b’index li beda jiġi mbiddel kull ġimgħa, jew anke kuljum. Dan il-proċess dam sa’ Novembru 2004, fejn ġie mnieda bħala servizz beta, u ġie mniedi għal kollox fi Frar 2005. Is-servizz tat-tfittxija għall-istampi kien ipprovdut mill-kumpanija Picsearch. Is-servizz tat-tfittxija tal-Microsoft sar ukoll disponibbli għal search engines oħra, bl-għan li jiżdied is-sehem fis-suq.

[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel verżjoni beta ta’ Windows Live Search ġiet imnedija fit-8 ta’ Marzu 2006, bħala sostituzzjoni għal MSN Search. Is-search engine il-ġdida issa kienet tinkludi tabs li kienu jinkludu Web, aħbarijiet, stampi, mużika, desktop, lokali, kif ukoll is-servizz tal-Microsoft Encarta.

Fil-bidla minn MSN Search għal Windows Live Search, Microsoft waqfet tuża s-servizz ta’ Picsearch għat-tfittxija tal-istampi, u minflok bdiet tuża s-servizz ġdid tagħha.

Nhar il-21 ta’ Marzu, 2007, Microsoft ħabbret li kienet se tissepara s-servizz tat-tfittxija mill-bqija tas-servizzi tal-Windows Live. L-isem inbidel għal Live Search, u l-paġna tal-ftuħ ħadet dehra ġdida, bi stampa li bdiet tinbidel kuljum.

Fil-perjodu tas-servizz ta’ Live Search, saru diversi tibiliet, fejn fost oħrajn waqfu s-servizzi ta’ Live Search Books, u Live Search Academic, li ġew integrati fit-tfittxijiet ġenerali. Ftit wara, Windows Live Expo ukoll waqaf jopera mill-31 ta’ Lulju, 2008. Live search Macros, servizz li bih il-konsumatur seta’ joħloq search engine personaliżżata, ukoll twaqqaf, kif twaqqaf ukoll is-servizz ta’ Live Product Upload, Live Search Products, u Live Search QnA, b’tal-aħħar isir MSN QnA, li iżda twaqqaf ukoll nhar il-21 ta’ Mejju, 2009.

Microsoft għarfet li l-isem “Live” kien għadu joħloq konfużjoni fis-suq, u li għalekk l-isem kellu jinbidel kompletament. F’kampanja sabiex tinħoloq identita’ ġdida għas-servizz tat-tfittxija tal-Microsoft, Live Search sar uffiċjalment Bing, nhar it-3 ta’ Ġunju, 2009.



Ftiehim ma’ Yahoo

[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar id-29 ta’ Lulju, 2009 Microsoft u Yahoo ħabbru ftiehim ta’ 10 snin, li fih is-search engine tal-Yahoo issir dik ta’ Bing. Minn naħa l-oħra, Yahoo iżżomm 88% tal-profitt mill-bejgħ kollu fuq is-search engine fl-ewwel ħames snin tal-ftiehim, filwaqt li jkollha d-dritt tirreklama fuq xi websajts tal-Microsoft. Yahoo se żżomm id-dehra li dejjem kellha, pero’ eventwalment se jibda’ jidher il-logo ta’ Bing minflok.

Sehem fis-suq

[immodifika | immodifika s-sors]

Qabel it-tnedija ta’ Bing, is-sehem tas-search engines tal-Microsoft kienu neżlin b’rata mgħaġġla. Minn meta ġie mniedi Bing, is-sehem mhux talli waqaf, iżda beda’ tiela, speċjalment fl-iStati Uniti, fejn Bing sab postu fit-tielet post wara Google u Yahoo bħala l-aktar search engine użat. Minn Mejju 2009, fejn is-search engine kellha 8% tas-suq, fi Frar telgħet għal 11.5%, skont il-figuri maħruġa minn ComScore.

Servizzi u Karatteristiċi

[immodifika | immodifika s-sors]

Karatteristiċi fid-dehra

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Bdil ta’ kuljum fl-istampa. L-istampi li jidhru fil-paġna tal-ftuħ jinbidlu kuljum, u bosta drabi jirrapreżentaw xi postijiet minn madwar id-dinja, binjiet famużi, kreaturi, u anke bnedmin. L-istampa ukoll tinkludi xi informazzjoni dwar is-suġġett tar-ritratt.
  • Il-paġna tal-istampi turi l-istampa prinċipali tal-ġurnata, flimkien ma’ erba’ stampi oħra relatati mas-suġġett, li huma meħuda mit-tiftix għall-istampi.
  • Fuq in-naħa tax-xellug tar-riżultati għat-tfittxija, kaxxa turi riżultati jixxiebhu, kategoriji differenti għar-riżultati tat-tfittxija, u storja ta’ tfittxija.
  • Qabel ma wieħed jagħfas fuq ħolqa mir-riżultati għat-tfittxija, tidher parti żgħira mill-kontenut f’dik il-websajt.
  • Fil-każ ta’ ċerti riżultati, il-paġna turi ukoll l-paġni u s-sezzjonijiet differenti taħt il-websajt prinċipali. Search Engines oħrajn bħal Google ukoll għandhom sistema simili)
  • Xi informazzjoni dwar il-websajt ukoll tidher taħt kull riżultat.
  • Fil-każ ta’ ċerti websajts, Bing ukoll juri n-numru għall-konsumatur fil-paġna tar-riżultati.

Karatteristiċi Multimedjali

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Qabel ma’ wiehed jgħafas fuq vidjo, dehra tiegħu tibda’ tintwera awtomatikament.
  • Is-servizz tat-tfittxija għall-istampi, jinkludi l-opzjoni sabiex wieħed jagħżel stampi skont il-qies, skema ta’ kuluri, stil u nies.
  • Is-servizz tat-tfittxija għall-vidjos, jinkludi l-opzjonijiet għal tul, daqs tal-iskrin, riżoluzzjoni u sorsi.
pFad - Phonifier reborn

Pfad - The Proxy pFad of © 2024 Garber Painting. All rights reserved.

Note: This service is not intended for secure transactions such as banking, social media, email, or purchasing. Use at your own risk. We assume no liability whatsoever for broken pages.


Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy