Aqbeż għall-kontentut

Discogs

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Discogs
online music database, social cataloging application
Data meta nħoloqOttubru 2000 Immodifika
NameDiscogs Immodifika
Name in kanaディスコグス Immodifika
Imsemmi għaldiskografija Immodifika
Founded byKevin Lewandowski Immodifika
PajjiżStati Uniti tal-Amerka Immodifika
PropjetarjuZink Media Immodifika
Post tal-kwartieri ġeneraliPortland Immodifika
Lingwa tax-xogħol jew isemIngliż Immodifika
Sit uffiċjalihttps://www.discogs.com Immodifika
Blogg uffiċjalihttps://blog.discogs.com Immodifika
Discogs
Logo uffiċjali

Discogs (tqassira ta' discographies bl-Ingliż) huwa database ta' informazzjoni dwar reġistrazzjonijiet awdjo, inkluż matejal maħruġ kummerċjalment, materjal promozzjonali, u bootlegs jew off-label. Il-kontenuti tad-database huma ġġenerati mill-utenti, u ġie deskritt f'The New York Times bħala "like Wikipedia".[1] Filwaqt li s-sit inħoloq oriġinarjament bil-għan li jsir l-akbar database disponibbli online tal-mużika elettronika,[2] issa jinkludi materjal fil-ġeneri kollha u fil-formati kollha.[1]

Discogs inbeda fl-2000 minn Kevin Lewandowski li kien jaħdem bħala programmer mal-Intel.[1][3] Oriġinarjament inbeda minn kompjuter fl-armarju ta’ Lewandowski u kien limitat għall-mużika elettronika. Sal-2015, Discogs kellu 37 impjegat, 3 miljun utent, u traffiku ta' 20 miljun żjara ta' kull xahar.[1]

Fl-aħħar tal-2005, tnieda s-suq ta' Discogs, biex jinbiegħu u jitpartu d-disk.[4]

F'Lulju 2007, ġiet introdotta sistema ġdida bbażata fuq abbonament għall-bejjiegħa fuq is-sit, imsejħa Market Price History. Dan tat lill-utenti b'aċċess imħallas għall-prezzijiet li oġġetti nbiegħu bihom sa 12-il xahar qabel minn bejjiegħa preċedenti li kienu biegħu eżattament l-istess diska (għalkemm l-ewwel 60 jum ta' kien offrut b'xejn lill-utent kollha). Fl-istess ħin, it-tariffa ta' US$12 fis-sena għal abbonamenti avvanzati tneħħiet, peress li nħass li l-karatteristiċi miżjuda għandhom ikunu disponibbli għall-abbonati kollha, issa li kien instabet sors ta' dħul differenti minn bejjiegħa u xerrejja. Aktar tard dik is-sena, il-karatteristiċi kollha ta' aċċess imħallas ġew skartati u l-użu sħiħ tas-sit sar mingħajr ħlas, li jippermetti lill-utenti kollha jaraw l-istorja sħiħa tal-prezzi tas-suq (Market Price History) ta' 12-il xahar ta' qabel fuq kull oġġett.[2]

Is-Suq Discogs huwa mmudellat simili għal Amazon u eBay fejn il-bejjiegħa joffru oġġetti għall-bejgħ u titħallas tariffa fuq kull oġġett mibjugħ.[5]

  1. ^ a b ċ d Sisario, Ben (2015-12-29). "Discogs Turns Record Collectors' Obsessions Into Big Business". The New York Times (bl-Ingliż). ISSN 0362-4331. Miġbur 2023-06-29.
  2. ^ a b Saunders, Luke (Sep 8, 2021). "Discogs: what is it, where it came from, and how to use it". Happy Mag (bl-Ingliż). Miġbur 2019-10-08.
  3. ^ Carnes, Richard (26 Mar 2010). "Discogs: Vinyl revolution". Resident Advisor. Miġbur 2023-12-13. It took about six months working nights and weekends on Discogs, and I launched it in November 2000.
  4. ^ Garber, David (2015-02-26). "How Discogs Dragged Record Collecting Into the 21st Century". Vice. Miġbur 2022-03-13.
  5. ^ Savage, Mark (2018-05-02). "Vinyl collectors spent millions on Discogs last year". BBC News (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-May 2, 2018. Miġbur 2023-06-30.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]

Sit uffiċjali Immodifika fuq Wikidata

pFad - Phonifier reborn

Pfad - The Proxy pFad of © 2024 Garber Painting. All rights reserved.

Note: This service is not intended for secure transactions such as banking, social media, email, or purchasing. Use at your own risk. We assume no liability whatsoever for broken pages.


Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy