Aqbeż għall-kontentut

Edukazzjoni

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
L-indottrinazzjoni fil-klassi, l-inkorporazzjoni ta 'kontenut politiku fil-materjal ta' studju jew għalliema li jabbużaw mir-rwol tagħhom biex jindottrinaw l-istudenti jmorru kontra l-għanijiet ta 'edukazzjoni li tfittex il-libertà tal-ħsieb u l-ħsieb kritiku.

Dan it-terminu li jista’ jiġi mifhum b’mod differenti skond il-ħsieb ta’ dak li jkun u skond kif nikkunsidraw il-bniedem; il-potenzi tiegħu, għemilu, u l-għanijiet tiegħu. Meta nitħadtu dwar Edukazzjoni ġeneralment naħsbu dwar dik li hija edukazzjoni formali. Madanakollu, il-kelma tkopri esperjenzi diversi, mit-tagħlim formali għal bini ta’ għarfien u tagħrif li wieħed jiltaqa’ fil-ħajja ta’ kuljum. Fl-aħħarnett, dak kollu li nesperjenzaw iservi bħala forma ta’ edukazzjoni. L-Individwi jirċievu edukazzjoni informali minn varjetà ta’ sorsi. Membri familjari, nies tamparhom, kotba u medja għandhom influwenza qawwija fl-edukazzjoni informali ta’ kull individwu.

Madanakollu iżda, it-tagħlim jista’ jiġi definit bħala “tibdil fil-proċess mentali u fil-mod kif wieħed iġib ruħu permezz tal-esperjenza’’. Waqt li, iktar komunament u, biex ngħid hekk, iktar naturalment, l-Edukazzjoni, mill-banda l-oħra, tidher bħala dak il-proċess essenzjalment spiritwali, li bih kull individwu huwa inkuraġġat u kapaċi biex jiżvilluppa bi sħiħ il-potenzjali ġewwieni tiegħu; tista’ wkoll isservi l-għan li tibni l-individwu għal dak li huwa neċessarju biex ikun membru produttiv tas-soċjetà. Billi jitgħallem u jgħallem l-individwu jieħu u jiżvilluppa l-għarfien, twemmin u abilitajiet. Meta individwu jiġi edukat, jiżvilluppa il-qawwiet proprji, u jwassalhom għal realizazzjoni sħiħa tal-personalità proprja. Huwa largament aċċetat li l-proċess ta’ edukazzjoni jaf il-bidu tiegħu sa mit-twelid u jkompli tul il-ħajja kollha. Hemm xi wħud li jemmnu li l-edukazzjoni tibda’ saħansitra anki aktar kmieni mit-twelid, bħala evidenza minn xi ġenituri li jsemmgħu mużika jew jaqraw lit-trabi ġo ġufhom bit-tama li jinfluwenzaw l-iżvillup tat-tfal.

pFad - Phonifier reborn

Pfad - The Proxy pFad of © 2024 Garber Painting. All rights reserved.

Note: This service is not intended for secure transactions such as banking, social media, email, or purchasing. Use at your own risk. We assume no liability whatsoever for broken pages.


Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy