Mirtilla
Mirtilla | |
---|---|
Vaccinium corymbosum | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Plantae |
(mhux klassifikata): | Angiospermae |
Sottodiviżjoni: | Ara t-test . |
(mhux klassifikata): | Eudicotyledones |
(mhux klassifikata): | Asteridae |
Ordni: | Ericales |
Familja: | Ericaceae |
Sezzjoni: | Cyanococcus |
Il-mirtilla hi frotta li jagħmlu varji speċi tal-ġeneru Vaccinium (familja tal-Ericaceae). Dawn huma bakek żgħar blu-vjola b’togħma ħelwa u ftit izzukrata.
L-isem kien oriġinarjament jirreferi għall-Vaccinium myrtillus, il-mirtilla komuni, u għadu l-iżjed jirreferi għal dawn, iżda t-terminu jista' jirreferi wkoll għall-Vaccinium uliginosum u d-diversi speċi Amerikani li xi wħud minnhom huma kkultivati (Vaccinium caespitosum, Vaccinium corymbosum, Vaccinium angustifolium, Vaccinium deliciosum, Vaccinium membranaceum, Vaccinium ovalifolium, Vaccinium myrtilloides, eċċ.).
Fis-sens botaniku, il-mirtill jappartienu għall-ġeneru Vaccinium u għalhekk it-terminu jintuża għall-ispeċi kollha tal-ġeneru.
Fis-sens kulinari, issir distinzjoni bejn il-mirtilla (blu u pjuttost ħelwa) u il-mirtilla ħamra (Vaccinium vitis-idaea, ħamra u pjuttost qarsa).
Użi fit-tisjir
[immodifika | immodifika s-sors]Il-bakek jistgħu jittieklu friski jew jintużaw fit-torti jew ħelu ieħor. It-torta tal-mirtill huwa deżerta tradizzjonali tal-istaġun fir-reġjuni muntanjużi tal-Ewropa. Il-muffins tal-mirtill huma pasti Amerikani klassiċi.
Il-mirtill jista' jintuża wkoll biex jintgħamlu xi ġammijiet, ġuleppi, sorbetti, tejiet, eaux-de-vie, likuri jew imbejjed.
Propjetajiet nutrizzjonali u mediċinali
[immodifika | immodifika s-sors]Kompożizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Din hija waħda mill-bakek li għandha l-inqas zokkor u kaloriji; billi hi rikka fil-fibra u fl-antiossidanti tajba biex taqta' l-ġuħ [1], u fl-istess ħin hi dijuretiku qawwi.
Hi rikka fil-vitamini li jinħallu fl-ilma, fl-aċtu ċitriku u fl-aċtu maliku, fl-alkalojdi indoliċi, fl-antoċjani u fit-tannini; għandha propjetajiet antisettiċi, antidiarreatiċi, u antiemorraġiċi u kontra l-għama ta' bilejl.
Din hija waħda mill-frott l-iżjed rikki fl-antiossidanti, ikun kif ikun imkejjel. Minn tmienja u tletin tip ta’ frott u ħxejjex ttestjati, il-miritill ġie:
- It-tieni għall-indiċi ORAC (Kapaċità għall-assorbenza tal-ossiġnu radikali)[2][3].It-tin imqadded ġie l-ewwel.
- It-tieni għall-Ferric reducing ability of plasma (FRAP) u fit-Trolox equivalent antioxidative capacity (TEAC). Il-lampun ġie l-ewwel.
- It-tieni għat-Tartrate resistant acid phosphatase. Il-kassis ġie l-ewwel.
Ara t-tabella ta' hawn taħt li tagħti l-kompożizzjoni tal-blueberries Amerikani.
Kompożizzjoni tal-mirtilla kbira Amerikana (koltivata, blueberry)
[immodifika | immodifika s-sors]
Mirtilla | |||
Ilma : 84 g | Irmied totali : 0,2 g | Valur enerġetiku : 57 kcal | Fibra : 2,4 à 7 g |
Gluċidi : 15 g | Zokkor sempliċi : 10 g | Proteini : 0,7 g | Lipidi : 0,3 g |
Nutrijenti minerali | |||
Potassju : 77 mg | Fosfru : 12 mg | Kalċju : 6 mg | Manjeżju : 6 mg |
Sodju : 1 mg | Ħadid : 280 µg | Żingu : 160 µg | Ramm : 57 µg |
Vitamini | |||
Vitamina C : 9700 µg | Vitamina B3 : 420 µg | Vitamina B5 : 120 µg | Vitamina B6 : 52 µg |
Vitamina B2 : 41 µg | Vitamina B1 : 37 µg | Vitamina K : 19,3 µg | Vitamina A : 16 µg |
Vitamina E : 0,57 µg | |||
Aċti xaħmin | |||
Poli-insaturati : 150 µg | Mono-insaturati : 47 µg | Saturati : 28 µg |
L-effett fuq il-vista
[immodifika | immodifika s-sors]Il-prova xjentifika tal-effett tal-mirtill fuq il-mard tal-għajnejn bdiet fis-snien 1980. L-effetti protettivi u ta' benefiċċju fuq il-katarretti ġejjin mill-qawwa antiossidanti li għandu l-mirtill.
L-effett fuq il-memorja
[immodifika | immodifika s-sors]Waħda mill-proprjetajiet notevoli li għandu l-meraq tal-mirtill hi l-kapaċità tiegħu li jġeded il-memorja tal-firien xjuħ. Dan urih J.A. Joseph f’Boston u ġie kkonfermat minn timijiet oħra. Mhuwiex ċar jekk dan l-effet tajjeb fuq il-memorja hux riproduċibbli fil-bniedem [4]. Xi riċerkaturi qegħdin jistudjaw xi soluzzjonijiet terapewtiċi f'oqsma oħra (il-prevenzjoni tal-kanċer u l-mard deġenerattiv).
Periklu
[immodifika | immodifika s-sors]- Ekinokoċċosi, il-periklu tal-mirtill selvaġġ: meta tiekol frott nej selvaġġ imniġġeż mill-ħmieġ tal-volpi, tkun fil-periklu li taqbdek l-ekinokoċċosi alveolari[5], tip ta' [[duda]. Din il-parasitożi gravi ħafna tiġi mill-Echinococcus multilocularis, dudu żgħir li l-adult tiegħu isir parassita fil-musrana ż-żgħira tal-volpi u tista' jinfetta l-bnedmin. Din il-marda rari ħafna (15 każ fis-sena fi Franza) tiġi minħabba l-iżvilupp bil-mod ħafna tal-parassita fil-fwied. Qabel in-nies kienu jmutu biha, imma l-kura bl-albendażol twaqqaf l-iżvillup tagħha. It-tisjir joqtol il-parassita (torti, ġamm), iżda l-ebda trattament ieħor, bħall-ħasil jew iffriżar, huwa ċert.
Tkabbir
[immodifika | immodifika s-sors]Il-mirtilla hi l-unika xitla li għandha bżonn ħamrija għanja fl-aluminju [6].
Għedewwa
[immodifika | immodifika s-sors]Dawn il-baħrijiet (heterocera) jieklu l-mirtilla:
- - Peribatodes rhomboidaria
- - Eulithis populata
- - Crocallis elinguaria
- - Semiothisa clathrata
- - Rheumaptera undulata
- - Jodis putata (Geometridae).
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ AL Molan, MA Lila, J. Mawson, "Satiety in rats following mirtilla extract consumption induced by appetite-suppressing mechanisms unrelated to in vitro or in vivo antioxidant capacity", Food Chemistry, February 2008
- ^ [1]
- ^ [2]
- ^ Myrtilles rajeunissent la mémoire: c'est une blague?
- ^ Myrtilles et renards
- ^ La question du chaulage