Il-President Ursula von der Leyen, li ilha tmexxi l-Kummissjoni mill-2019, bdiet it-tieni mandat b’tim ġdid ta’ Kummissarji fl-1 ta’ Diċembru 2024.
Mandat leġiżlattiv ġdid
Il-President, flimkien mal-Kulleġġ il-ġdid tal-Kummissarji, iddefiniet il-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea għall-2024–2029, abbażi tal-Linji Gwida Politiċi ppreżentati lill-Parlament Ewropew fil-jum tal-elezzjoni tagħha.
Dawn il-prijoritajiet se jibnu fuq il-ħidma tal-ħames snin preċedenti u se jiffukaw fuq it-tisħiħ tal-futur tal-Ewropa u l-kisba ta’ riżultati għaċ-ċittadini tagħha għal snin sħaħ fil-futur.
Dwar il-Kummissjoni Ewropea 2019–2024
Fil-perjodu 2019–2024, il-Kummissjoni von der Leyen ħadmet qatigħ biex tissodisfa l-impenji tagħha filwaqt li tegħleb uħud mill-akbar sfidi li l-Ewropa qatt ħabbtet wiċċha magħhom. Mill-indirizzar ta’ pandemija globali sar-rispons għall-gwerra brutali ta’ aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna, hija indirizzat sfidi straordinarji b’mod dirett.
Skopri aktar dwar l-ewwel Kummissjoni von der Leyen (2019–2024)