Content-Length: 166961 | pFad | https://commission.europa.eu/priorities-2024-2029/democracy-and-our-values_mt

Id-demokrazija u l-valuri tagħna - Il-Kummissjoni Ewropea Mur għall-kontenut ewlieni
Nipproteġu d-demokrazija u niddefendu l-valuri tagħna

Ħarsa ġenerali

Il-futur tal-Ewropa f’dinja maqsuma se jkun jiddependi fuq demokrazija b’saħħitha u fuq id-difiża tal-valuri li jagħtu lill-Ewropej il-libertajiet u d-drittijiet li huma tant importanti għalihom. Filwaqt li tibni fuq dak li diġà nkiseb, f’dan il-mandat il-ġdid l-UE se ssaħħaħ il-ħidma tagħha biex tipproteġi d-demokrazija u liċ-ċittadini tagħha mit-theddid li dejjem qed jiżdied min-naħa tal-atturi interni u barranin, filwaqt li ssaħħaħ l-istat tad-dritt li tibbaża fuqu u li huwa fundamentali għall-prosperità, għall-kompetittività u għal suq uniku li jiffunzjona tajjeb. Il-ħidma tagħna dejjem se tkun immotivata mill-viżjoni ta’ kontinent magħqud bis-saħħa tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tal-ħarsien tal-libertajiet fundamentali, u li jipprijoritizza liċ-ċittadini tiegħu.

X’jaħsbu l-Ewropej?

86 %
tal-Ewropej jaqblu li t-tixrid rapidu tad-diżinformazzjoni hu problema kbira għad-demokrazija
81 %
tal-Ewropej jemmnu li l-interferenza barranija fis-sistemi demokratiċi tagħna hija problema serja li jeħtieġ tiġi indirizzata
90 %
taċ-ċittadini tal-UE huma konxji ta’ kemm hu importanti l-ħarsien tal-valuri tal-UE, inkluż l-istat tad-dritt

Objettivi

Id-demokrazija u d-drittijiet tagħna ma nistgħux nissottovalutawhom. Dawn għandhom jiġu promossi u ġġustifikati kuljum. Barra minn hekk, iċ-ċittadini jridu jaqdu rwol ċentrali fil-proċess demokratiku. Dawn iridu jiġu inklużi fil-funzjonament tal-istituzzjonijiet li jafdaw fihom. Hu proprju għalhekk li l-UE timpenja ruħha li

  • Icon_purple
    Tipproteġi u tiddefendi d-demokrazija

    u ssaħħaħ ir-reżiljenza u l-preparatezza tas-soċjetà

  • Icon_purple
    Issaħħaħ l-istat tad-dritt

    għal soċjetà ġusta u li tiffunzjona sew

  • Icon_purple
    Tippromwovi l-involviment ċiviku u l-parteċipazzjoni ċivika

    biex l-ideat taċ-ċittadini jitqiegħdu fil-qalba tat-tfassil tal-politika

Kif se nilħqu l-objettivi tagħna

Matul il-ftit snin li ġejjin, se naħdmu biex:

Nipproteġu d-demokrazija tagħna

Insaħħu l-istat tad-dritt

Inpoġġu liċ-ċittadini fil-qalba tad-demokrazija tagħna

Il-progress s’issa

Segwi l-progress ta’ inizjattivi ġodda, liġijiet proposti u bidliet leġiżlattivi skont din il-prijorità, u żomm ruħek aġġornat dwarhom

  1. 7 ta’ Mejju 2024
  2. 12 ta’ Diċembru 2023

    Id-difiża tad-demokrazija: il-Kummissjoni tipproponi li tixħet dawl fuq l-influwenza barranija moħbija

  3. 16 ta’ Diċembru 2022

    L-ewwel Panel taċ-Ċittadini Ewropej bħala segwitu għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Fiċ-ċentru tal-attenzjoni

Min hu inkarigat

Portrait of Henna Virkkunen

Il-Viċi President Eżekuttiv għas-Sovranità Teknoloġika, is-Sigurtà u d-Demokrazija

Portrait of Kaja Kallas

Ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u Viċi President

Portrait of Michael McGrath

Il-Kummissarju għad-Demokrazija, il-Ġustizzja, l-Istat tad-Dritt u l-Protezzjoni tal-Konsumatur









ApplySandwichStrip

pFad - (p)hone/(F)rame/(a)nonymizer/(d)eclutterfier!      Saves Data!


--- a PPN by Garber Painting Akron. With Image Size Reduction included!

Fetched URL: https://commission.europa.eu/priorities-2024-2029/democracy-and-our-values_mt

Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy